Dwar il-Cookies fuq
is-Siti web ta’ Novartis
X’inhi cookie?
Il-cookies huma fajls żgħar ta’ test li jintbagħtu lill-kompjuter tiegħek meta żżur sit web. Il-cookies fuq is-siti web tal-kumpanija Novartis Group (Novartis) jagħmlu ħafna xogħlijiet differenti, bħal li jippermettulek li tinnaviga bejn il-paġni b’mod effiċjenti, jaħżnu l-preferenzi tiegħek u ġeneralment itejbu l-esperjenza tiegħek ta’ sit web.
Id-Direttiva tal-UE 2009/136/KE tiddikjara li nistgħu naħżnu cookies fuq il-magna tiegħek jekk dawn ikunu essenzjali għat-tħaddim ta’ dan is-sit, iżda li għall-oħrajn kollha għandna bżonn il-permess tiegħek biex nagħmlu dan.
Is-siti ta’ Novartis jistgħu jużaw xi cookies mhux essenzjali. Aħna ma nagħmlux dan biex nintraċċaw lil utenti individwali jew biex nidentifikawhom, iżda biex niksbu għarfien utli dwar kif jintużaw is-siti sabiex inkunu nistgħu nkomplu ntejbuhom għall-utenti tagħna. Mingħajr l-għarfien li niksbu mis-sistemi li jużaw dawn il-cookies, ma nkunux nistgħu nipprovdu s-servizz li nipprovdu.
It-tipi ta’ cookies li nużaw
Jekk tiddeċiedi li tissettja l-lingwa, id-daqs tat-tipa jew il-verżjoni speċifika tas-sit (eż. b’kuntrast għoli), aħna nużaw “cookies ta’ personalizzazzjoni tal-interfaċċa tal-utent”. Ladarba jiġu ssettjati, m’għandekx għalfejn tispeċifika l-preferenzi tiegħek mill-ġdid meta terġa’ żżur is-sit.
Jekk tuża partijiet tas-sit li jeħtieġu reġistrazzjoni biex taċċessa l-kontenut, aħna se nqiegħdu “cookie ta’ awtentikazzjoni” fuq il-kompjuter tiegħek. Dan jippermettilek li tħalli u tirritorna f’dawn il-partijiet tas-sit mingħajr ma terġa’ tagħmel l-awtentikazzjoni tiegħek.
Jekk għandek Adobe Flash installat fuq il-kompjuter tiegħek (kif għandhom il-biċċa l-kbira tal-kompjuters) u tuża video players, aħna naħżnu “flash cookie” fuq il-kompjuter tiegħek. Dawn il-cookies jintużaw biex tinħażen id-data meħtieġa biex terġa’ tara l-kontenut tal-vidjo jew tal-awdjo u biex jinħażnu l-preferenzi tal-utent.
Novartis tieħu gost tifhem kif jużaw is-siti web tagħna l-viżitaturi billi tuża s-servizzi tal-analitika tal-web. Huma jgħoddu n-numru ta’ viżitaturi u jgħidulna affarijiet dwar l-imġiba ġenerali tal-viżitaturi – bħall-identifikazzjoni tal-kliem ewlieni fil-magna tat-tiftix li jwasslu lill-utent għas-sit, it-tul tipiku ta’ żjara fuq is-sit jew in-numru medju ta’ paġni li jara utent. Għal dan il-għan, aħna nqiegħdu “cookie analitika tal-ewwel parti” fuq il-kompjuter tiegħek.
Nistgħu nużaw ukoll servizzi bħal Google Analytics biex nittraċċaw l-istatistika tal-web. F’dan il-każ, Google se tqiegħed “cookie ta’ parti terza” fuq il-kompjuter tiegħek. Dan huwa wkoll il-każ meta nużaw Google Maps.
Kwalunkwe data miġbura bl-użu ta’ dawn il-cookies se tinħażen u tiġi ġestita minn Novartis jew minn wieħed mill-affiljati fdati tagħha fil-pajjiżi fejn topera Novartis.
Kif tikkontrolla l-cookies
Jekk ma tixtieqx li tirċievi l-cookies, tista’ timmodifika l-browser tiegħek sabiex jinnotifikak meta jintbagħtulu l-cookies jew tista’ tirrifjuta l-cookies kompletament. Tista’ wkoll tħassar il-cookies li diġà ġew issettjati.
Jekk tixtieq tirrestrinġi jew timblokka l-cookies tal-web browser li huma ssettjati fuq l-apparat tiegħek, tista’ tagħmel dan permezz tas-settings tal-browser tiegħek; il-funzjoni tal-Għajnuna fil-browser tiegħek għandha tgħidlek kif. Madankollu, jekk ma taċċettax il-cookies tagħna, jaf ma tkunx tista’ tuża l-funzjonalitajiet kollha tas-software tal-browser tiegħek jew tas-sit web tagħna.