Termini tal-Użu

Aġġornat: 12/10/2020

 

1. Aċċettazzjoni u Użu

  • L-informazzjoni u l-istruzzjonijiet ipprovduti lilek minn Novartis (kif definiti fit-Taqsima 2 hawn taħt) fuq dan is-sit web ma jissostitwixxux il-Fuljett ta’ Tagħrif (PL) ta KESIMPTA® u kwalunkwe struzzjoni għall-użu li hemm fih. Jekk jogħġbok irreferi għall-Fuljett ta’ Tagħrif u l-istruzzjonijiet għall-użu f’kull ħin għal informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina.
  • Din l-informazzjoni ma toffrix jew m’għandhiex l-intenzjoni li toffri dijanjożi medika personalizzata jew parir dwar trattament speċifiku għall-pazjent, li għandek dejjem titlob mingħand it-tabib jew il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek personali.
  • L-aċċess tiegħek għal u l-użu ta’ dan is-sit web www.kesimpta.eu (“is-Sit”) huwa soġġett għar-relazzjoni legali eżistenti bejnek u Novartis, it-termini tal-użu li ġejjin flimkien mal-Informazzjoni (kif definit fit-Taqsima 3 hawn taħt) ipprovduta fil-Fuljett ta’ tagħrif.
  • Billi taċċessa u tuża dan is-Sit, inti taċċetta, mingħajr limitazzjoni jew kwalifika, dawn it-termini tal-użu u taqbel mingħajr kundizzjonijiet li tikkonforma magħhom u tirrikonoxxi li kwalunkwe ftehim ieħor dwar l-użu ta’ dan is-Sit bejnek u Novartis huwa sostitwit u bla ebda saħħa jew effett. Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-termini tal-użu, m’għandekx tuża dan is-Sit.


2. Informazzjoni Dwarna u dwar dan is-Sit

Dan huwa s-sit ta’ taħriġ taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għal KESIMPTA®. Dan is-Sit jiġi ċċekkjat, operat u aġġornat minn Novartis Pharma AG u l-affiljati Ewropej tagħhom (magħrufa kollettivament bħala “Novartis”). Aħna kumpanija globali fil-qasam tal-kura tas-saħħa rreġistrata fl-Iżvizzera. L-indirizz kummerċjali ewlieni tagħna huwa Kaxxa Postali CH – 4002 Basel, l-Iżvizzera.

Dan is-Sit huwa maħsub esklussivament għall-użu minn adulti li tkun inħarġitilhom riċetta, f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta’ residenza tiegħek, għall-użu ta’ KESIMPTA®. Billi tuża dan is-Sit, inti qed tikkonferma li nħarġitlek riċetta biex tuża KESIMPTA®.

M’għandek tinterpreta l-ebda ħaġa fuq dan is-Sit bħala promozzjoni jew reklam għal xi prodott mediċinali jew għall-użu ta’ xi prodott mediċinali li ma jkunx awtorizzat mil-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta’ residenza tiegħek.

Dan is-Sit fih informazzjoni dwar il-prodotti u s-servizzi tagħha mad-dinja kollha, iżda mhux kollha huma disponibbli f’kull post. Referenza għal prodott jew servizz ta’ Novartis fuq dan is-Sit ma timplikax  li tali prodott jew servizz huwa jew se jkun disponibbli fil-post fejn toqgħod inti.

Minħabba li Novartis m’għandha l-ebda kontroll fuq u ma tapprova l-ebda wieħed mis-siti li magħhom huwa marbut is-Sit u minħabba li Novartis ma rrivediet l-ebda sit u lanqas kull sit li magħhom huwa marbut is-Sit, inti tirrikonoxxi li Novartis mhijiex responsabbli għall-kontenut ta’ kwalunkwe paġna barra mis-Sit jew kwalunkwe sit ieħor marbut mas-Sit.
 

3. L-użu tal-Informazzjoni

Tista’ tuża dan is-Sit biss għall-għan ta’ aċċess għall-istruzzjonijiet għall-użu ta’ KESIMPTA® (“Għan”), inkluż kwalunkwe test, immaġni, awdjo, u vidjo (l-“Informazzjoni”) dment li (i) l-użu ta’ tali Informazzjoni jkun għall-użu informattiv tal-pazjent, u għal użu mhux kummerċjali jew użu personali biss; u (ii) ma tistax tqassam, timmodifika, tittrażmetti, terġa’ tuża, terġa’ tibgħat, jew tuża l-Informazzjoni għal għanijiet kummerċjali jew ta’ networking soċjali, mingħajr il-permess minn qabel bil-miktub mingħand
Novartis.

L-ebda liċenzja għal jew dritt fl-Informazzjoni, jew kwalunkwe dritt tal-awtur ta’ Novartis jew ta’ kwalunkwe parti oħra ma tingħata jew tiġi kkonferita lilek. Kwalunkwe dritt li ma jingħatax b’mod espliċitu hawnhekk huwa riżervat minn Novartis.

Filwaqt li Novartis tuża sforzi raġonevoli biex tinkludi informazzjoni preċiża u aġġornata fis-Sit, Novartis ma tagħmel l-ebda garanzija jew rappreżentazzjoni fir-rigward tal-kontenut tas-Sit, li huwa pprovdut “kif inhu.” Novartis ma taċċetta l-ebda responsabbiltà jew obligazzjoni tkun xi tkun li tirriżulta minn jew li b’xi mod tkun konnessa mal-użu ta’ dan is-Sit jew il-kontenut tiegħu (inklużi l-preċiżjoni, il-kompletezza, l-adegwatezza, il-puntwalità, jew il-komprensività tal-informazzjoni li tinsab fis-Sit). Xi
ġurisdizzjonijiet ma jippermettux l-esklużjoni ta’ garanziji impliċiti, għalhekk l-esklużjoni msemmija hawn fuq tista’ ma tapplikax għalik. Novartis wkoll ma tassumi l-ebda responsabbiltà, u mhux se jkollha ebda obbligazzjoni għal, kwalunkwe ħsara, jew virusis li jistgħu jinfettaw, lit-tagħmir tal-kompjuter tiegħek jew proprjetà oħra minħabba l-aċċess tiegħek għal, l-użu ta’, jew l-ibbrawżjar fis-Sit jew it-tniżżil min-naħa tiegħek ta’ kwalunkwe materjal, data, test, immaġnijiet, vidjo, jew awdjo mis-Sit.
 

4. Drittijiet tal-awtur/Trademarks/Drittijiet ta’ Proprjetà

Il-kontenut kollu fuq dan is-Sit huwa l-proprjetà tal-grupp ta’ kumpaniji Novartis u huwa protett bid-drittijiet tal-awtur.

Għandek tassumi li l-isem tal-prodott li jidher fuq dan is-Sit, kemm jekk jidher b’tipa kbira, bil-korsiv jew bis-simbolu tat-trademark ®, kif ukoll jekk le, huwa trademark ta’ Novartis. L-ismijiet tal-prodotti kollha ppubblikati bil-korsiv fuq dan is-Sit huma trademarks li huma l-proprjetà ta’, jew li huma liċenzjati lil, Novartis.

Dan is-Sit jista’ jkun fih ukoll jew jagħmel referenza għal privattivi, informazzjoni proprjetarja, teknoloġiji, prodotti, proċessi jew drittijiet proprjetarji oħra ta’ Novartis u/jew partijiet terzi oħra. Novartis hija s-sid jew id-detentur tal-liċenzja tad-drittijiet kollha tal-proprjetà intellettwali f’dan is-Sit, u fil-materjal ippubblikat fuqu.

Dawn ix-xogħlijiet huma protetti minn liġijiet u trattati dwar id-drittijiet tal-awtur madwar id-dinja. Dawn id-drittijiet kollha huma riżervati. L-ebda liċenzja għal jew dritt fi kwalunkwe trademark, dritt tal-awtur, privattiva, sigriet kummerċjali, teknoloġija, prodott, proċess u dritt proprjetarju ieħor bħal dawn ta’ Novartis u/jew partijiet oħra ma tingħatalek jew tiġi kkonferita lilek. L-użu ta’ dawn it-trademarks, tal-isem tal-kumpanija Novartis u tal-logo tal-kumpanija, ħlief kif permess hawnhekk, huwa pprojbit b’mod espliċitu.
 

5. Liġi Applikabbli, Konsegwenzi

Dawn it-termini tal-użu u l-użu tiegħek ta’ dan is-Sit għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-regolamenti rilevanti taż-ŻEE u mil-liġijiet ta’ pajjiżek mingħajr ma jitqiesu l-prinċipji tal-kunflitt tal-liġijiet tiegħu.

Jekk Novartis issir taf li inti ksirt xi wieħed mit-termini tal-użu li jinsabu f’din id-dikjarazzjoni legali, Novartis tista’ tieħu azzjoni korrettiva minnufih. Jekk Novartis tkun saritilha xi ħsara bil-ksur tiegħek, Novartis tista’, fid-diskrezzjoni unika tagħha, tfittex li tirkupra d-danni mingħandek.
 

6. Reviżjonijiet

Novartis tirriżerva d-dritt li fi kwalunkwe ħin li tirrevedi dawn it-termini tal-użu billi temenda din il-paġna. Jekk jogħġbok innota li nistgħu nagħmlu dawn il-bidliet fid-diskrezzjoni tagħna nfusna u mingħajr avviż minn qabel. Billi tkompli tuża dan is-Sit wara kwalunkwe tibdil bħal dan, int tkun qed tifhem, taqbel u taċċetta mingħajr ebda kundizzjoni u b’mod sħiħ li ssegwi u tkun marbut b’dawn it-termini tal-użu kif mibdula. Għalhekk, minn żmien għal żmien għandek iżżur din il-paġna biex tirrevedi t-termini tal-użu attwali f’dak iż-żmien, li inti marbut/a bihom u biex tinnota kwalunkwe bidla jew emenda li setgħet tkun saret.
 

7. Separabbiltà

Jekk xi parti jew dispożizzjoni ta’ dawn it-termini tal-użu tinstab li hija invalida, tali invalidità m’għandhiex taffettwa l-infurzabbiltà jew kwalunkwe parti jew dispożizzjoni oħra ta’ dawn it-termini tal-użu.
 

8. Rinunzja

In-nuqqas tagħna li naġixxu fir-rigward ta’ ksur min-naħa tiegħek ta’ dawn it-termini tal-użu ma jneħħix id-dritt ta’ Novartis li taġixxi fir-rigward ta’ ksur simili jew ksur ieħor.
 

9. Rappurtar tal-Effetti Sekondarji

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispizjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji, tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

Jekk jogħġbok irreferi għall-Fuljett ta’ Tagħrif għal aktar informazzjoni.

Grazzi talli użajt dan is-Sit.