Tagħrif dwar kif tuża l-Pinna Sensoready® ta’ Kesimpta®

Importanti li tifhem u timxi ma’ dawn l-istruzzjonijiet qabel ma tittaqqab
b’Kesimpta. Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk għandek xi
mistoqsija qabel ma tuża Kesimpta għall-ewwel darba.

FTAKAR:

  • Tużax il-pinna jekk is-siġill fuq il-kartuna ta’ barra jew is-siġill tal-folja jkunu maqtugħin.
    Żomm il-pinna fil-kaxxa ssiġillata sakemm tiġi biex tużaha.
  • Tħawwadx il-pinna.
  • Jekk twaqqa’ l-pinna, tużahiex jekk il-pinna tidher bil-ħsara, jew jekk waqqajtha bit-tokka maqlugħa.
  • Armi l-pinna użata minnufih wara li tużaha. Terġax tużaha l-pinna. Ara “Kif għandi narmi l-Pinna Sensoready ta’ Kesimpta użata?” fi tmiem dan it-tagħrif.

KIF GĦANDI NAĦŻEN KESIMPTA?

  • Aħżen il-kartuna bil-pinna fi friġġ f’temperatura ta’ bejn 2°C u8°C.
  • Żomm il-pinna fil-kartuna oriġinali sakemm tiġi biex tużaha sabiex tilqa’ mid-dawl.
  • Tiffriżax il-pinna.

Żomm Kesimpta fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

IL-PARTIJIET TAL-PINNA SENSOREADY (ara Stampa A):

Il-Pinna Sensoready ta’ Kesimpta qed tidher bit-tokka maqlugħa. Tneħħix it-tokka qabel ma tkun se tittaqqab.

Stampa_A.jpg

X’GĦANDEK BŻONN GĦALL-INJEZZJONI TIEGĦEK:

Inkluż fil-kartuna:

  • Pinna Sensoready ta’ Kesimpta ġdida (ara Stampa B.)

Mhux inklużi fil-kartuna (ara Stampa Ċ):

  • Wipe bl-alkoħol
  • Tajjara jew garża
  • Kontenitur li fih jintremgħu oġġetti bil-ponta u li jaqtgħu

Ara “Kif għandi narmi l-Pinna Sensoready ta’ Kesimpta użata?” fi tmiem dan it-tagħrif.

Stampa_B.jpg
Stampa_Ċ.jpg

QABEL MA TITTAQQAB:

Oħroġ il-pinna minn ġol-friġġ 15 sa 30 minuta qabel ma tittaqqab sabiex tagħtiha ċans tilħaq it-temperatura tal-kamra.

L-Ewwel Pass. Ċekkjatura importanti dwar is-sigurtà qabel ma tittaqqab (ara Stampa D):

  • Ħares minn ġot-tieqa viżiera. Il-likwidu jrid ikun ċar jew ħarira opalexxenti.
    Tużax jekk il-likwidu fih biċċiet jidhru jew hu mċajpar.
    Taf tilmaħ xi bużżieqa żgħira tal-arja, li hu normali.
  • Ħares lejn id-data ta’ skadenza (EXP) fuq il-pinna tiegħek.
    Tużax il-pinna tiegħek jekk id-data ta’ skadenza għaddiet

Ikkuntattja lill-ispiżjar jew lill-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek jekk il-pinna teħel f’xi aspett minn din iċ-ċekkjatura.

Stampa_D.jpg


It-Tieni Pass. Agħżel il-post tal-injezzjoni tiegħek:

  • Il-post irrakkomandat huwa fuq quddiem tal-koxxtejn. Tista’ tuża wkoll in-naħa ta’ isfel tal-istonku (in-naħa ta’ isfel ta’ żaqqek), imma mhux iż-żona ta’ 5 ċm madwar iż-żokkra (ara Stampa E).
  • Agħżel post differenti kull darba li tittaqqab b’Kesimpta.
  • Tittaqqabx f’żoni fejn il-ġilda hi sensittiva, imbenġla, ħamra, bil-qxur jew iebsa. Evita żoni li fihom feriti jew stretch marks jew postijiet infettati.
Stampa_E.jpg

 

  • Jekk l-injezzjoni tiegħek qed jagħtihielek kuratur jew professjonist tal-kura tas-saħħa, dawn jistgħu jtaqqbuk ukoll in-naħa ta’ barra tal-parti ta’ fuq ta’ driegħek (ara Stampa F).
Stampa_F.jpg

It-Tielet Pass. Naddaf il-post tal-injezzjoni tiegħek:

  • Aħsel idejk bl-ilma u s-sapun.
  • Naddaf il-post tal-injezzjoni bil-wipe bl-alkoħol permezz ta’ moviment ċirkulari. Ħallih jinxef qabel ma tittaqqab (ara Stampa G).
  • Terġax tmiss iż-żona mnaddfa qabel ma tittaqqab.
Stampa_G.jpg

L-INJEZZJONI TIEGĦEK

Ir-Raba’ Pass. Neħħi t-tokka:

  • It-tokka neħħiha biss meta tkun wasalt biex tuża l-pinna.
  • Dawwar it-tokka lejn in-naħa murija bil-vleġġa (ara Stampa H).
  • Armi t-tokka. Terġax tipprova twaħħal it-tokka.
  • Uża l-pinna sa 5 minuti minn wara li tneħħilha t-tokka.

Taf tara xi qtar tal-mediċina ħiereġ mil-labra. Dan normali.

Stampa_H.jpg

Il-Ħames Pass. Żomm il-pinna tiegħek:

  • Żomm il-pinna f’angolu ta’ 90 grad minn mal-post imnaddaf fejn se tittaqqab (ara Stampa I).
Tajjeb-Ħażin.jpg
Stampa_I.jpg
border_updated

Importanti: Inti u tittaqqab se tisma’ 2 faqqaturi qawwija:

  • L-ewwel faqqatura tindika li l-injezzjoni bdiet.
  • It-tieni faqqatura tindika li l-injezzjoni kważi lesta.

Għandek tibqa’ żżomm il-pinna sew mal-ġilda sakemm l-indikatur l-aħdar jimla t-tieqa u jieqaf jiċċaqlaq.

border_updated

Is-Sitt Pass. Ibda l-injezzjoni tiegħek:

  • Agħfas il-pinna sew mal-ġilda ħalli tinbeda l-injezzjoni (ara Stampa J).
  • L-ewwel faqqatura tindika li l-injezzjoni bdiet.
  • Ibqa’ żomm il-pinna sew mal-ġilda.
  • L-indikatur l-aħdar juri l-progress tal-injezzjoni.
Stampa_J.jpg

Is-Seba’ Pass. Temm l-injezzjoni tiegħek:

  • Isma’ t-tieni faqqatura. Din tindika li l-injezzjoni kważi lesta.
  • Iċċekkja jekk l-indikatur l-aħdar meliex it-tieqa u waqafx jiċċaqlaq (ara Stampa K).
  • Issa tista’ tneħħi l-pinna (ara Stampa L).
Stampa_K.jpg
Stampa_L.jpg

WARA LI TITTAQQAB:

  • Jekk l-indikatur l-aħdar ma jimliex it-tieqa, dan ifisser li ma ħadtx id-doża sħiħa. Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk l-indikatur l-aħdar mhux qed jidher.
  • Jaf ikun hemm xi ftit tad-demm fil-post fejn ittaqqabt. Tista’ tagħfas it-tajjara jew il-garża fuq il-post fejn ittaqqabt u żżommha għal 10 sekondi. Togħrokx il-post fejn ittaqqabt. Tista’ tgħatti l-post tal-injezzjoni bi stikka żgħira, jekk jibqa’ ħiereġ id-demm.

KIF GĦANDI NARMI L-PINNA SENSOREADY TA’ KESIMPTA UŻATA?

It-Tmien Pass. Armi l-Pinna Sensoready ta’ Kesimpta tiegħek:

  • Armi l-pinna użata fil-kontenitur li fih jintremgħu oġġetti bil-ponta u li jaqtgħu (i.e. kontenitur li jingħalaq u li ma jittaqqabx, jew xi ħaġa simili) (ara Stampa M).
  • Qatt m’għandek terġa’ tuża l-pinna tiegħek.

Żomm il-kontenitur għall-oġġetti bil-ponta u li jaqtgħu fejn ma jilħquhx it-tfal.

Stampa_M.jpg